Wara tlettin sena l-Pulizija Franċiza mistennija ssolvi delitt misterjuż ta’ tifla ta’ erba’ snin li seħħfl-elf disa mija u seba’ u tmenin, fejn arrestat lill-ġenituri tagħha.
Il-katavru tat-tifla kien instab fl-istess sena b’marki ta’ abbuż, gdim u ħruq permezz ta’ ħaddida tal-mogħdija. Dan kien instab mitluf f’highway bil-pulziija tipprova tistabbilixxi min kienet il-vittma, hekk kif din qatt ma’ ġiet identifikata.
L-Esperti sabu li l-gdim li kellha t-tifla kienu ta’ mara fejn il-pulizija qabblet id-DNA fuq il-ħwejjeġ li kienet liebsa t-tifla ma’ dik tal-ġenituri tagħha.
Din hi meqjusa bħala l-akbar investigazzjoni li qatt saret fi Franza għal fatt li l-Pulizija kienet infurmat tlettin pajjiż differenti u kif ukoll ippubblikat ir-ritratti tagħha, bil-għan li taslilha informazzjoni dwar l-identità tat-tifla
Il-każ kien ġie ddikjarat mhux solvut fl-elf disa mija seba u disħin u baqa’ hekk sal-elfejn u sittax meta l-pulizija arrestat lil ħuha fuq każ seperat fejn instab li dan għandu l-istess DNA li nstab fuq il-ħwejjeġ tal-vittma tlettin sena ilu.
Wara din is-sejba, l-Pulizija għamlet tfitxxija għall-ġenituri tagħha li nstab li huma ta’ oriġina Marrokina, fejn ġie stabbilit ukoll li t-tifla kien jisimha Inass.
Il-missier Ahmed Touloub ta’ sitta u sittin sena qed jinżamm arrestat wara li deher fil-Qorti filwaqt li l-omm Halima Taloub ta’ erba’ u sittin sena għadha qed tiġi interrogata.