Iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular fir-Rabat

Raġel ta’ 56 sena residenti l-Imtarfa weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa’ għoli ta’ sular minn fuq bejt ta’ garaxx. L-inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala Tas-Sultan, ir-Rabat.

L-ewwel stħarriġ mill-Pulizija wera li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fuq l-istess bejt fil-ħin li seħħ l-inċident.

Fuq il-post issejħet ambulanza li waslet lill-vitma l-Isptar Mater Dei għall-kura, u kien iċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-pulizija dwar dan il-każ għada għaddejja.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend