Nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju fil-Ġnien tal-Ġibjun fiż-Żurrieq ġiet organizzata l-attività annwali bl-istem ta’ Fly A Kite For Charity. F’serata għall-familja kollha fost id-diversi attivitajiet kien hemm logħob tadizzjonali Malti, bejgħ ta’ oġġetti magħmulin minn suf irriċiklat kif ukoll tagħlim ta’ crafts differenti mill-grupp tall-Iscouts.
Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ din l-attività li l-qliegħ kollu tagħha dis-sena mar għaż-Żurrieq Scouts Group sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tinda kbira biex il-membri jkunu protetti mill-qilla tax-xemx. Dan hekk kif kull sena l-qligħ tal-attività jmur kollu għal entità li tkun qed tagħmel il-ġid fir-raħal taż-Żurrieq.
Il-qofol tas-serata ntlaħaq bi spettaklu ta’ kuluri u qisien ta’ tajr differenti b’waħda mit-tajr partikolari tkun bl-arma tal-Gran Mastru Hompesh li ttellgħet fl-16:00 u tniżżlet fl-10pm.