Qed jonqsu it-tamiet li jinstabu vittmi ħajjin fl-istraġi li ħoloq żbroff ta’ vulkan fil-Gwatemala s-Sibt li għadda, hekk kif mitejn persuna għadhom mitlufa.
B’kollox s’issa ġew ikkonfermati li mietu disgħa u disgħin persuna, b’uffiċjali jgħidu li l-possibilita’ li jinstabu nies ħajjin hija kważi ineżistenti, iżjed minn tliet ijem wara t-traġedja.
Eluf ta’ nies oħrajn li rnexxilhom isalvaw mit-traġedja spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.