Investigazzjoni mmexxija mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern tiskolpi lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela li meta kien Ministru għall-Intern mfl-2015, uża ħaddiema tad-dipartiment biex bnewlu tinda fid-dar tiegħu biex tilqa’ x-xemx skond kif allega Ivan Camilleri fil-faċċata tas-Sunday Times of Malta nhar il-Ħadd.
Meta wieġeb mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Abela qal li t-tinda nbniet minn ħabib tat-tfulija ta’ martu u tiegħu, minn materjal mixtri minnu, wara l-ħin tax-xogħol u f’jum tas-Sibt.
Huwa qal li meta tlesta x-xogħol ħallas dak li kien dovut għall-materjal u meta staqsa x’kien dovut għall-mano d’opera, il-ħaddiema ma ried xejn. Madankollu, il-Ministru qal li huwa żied somma flus biex tkopri x-xogħol li sar. Il-ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti tal-ispiża tal-materjal u ritratti tat-tinda.
Id-deputat nazzjonalista Simon Busuttil baqa’ jinsisti li l-Ministru abbuza mill-pożizzjoni tiegħu u għalhekk kellu għall-inqas jerfa’ r-responsabbiltà politika u joqgħod għal inkjesta indipendenti.
Il-Ministru qal li llum stess, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, talab għal stħarrig dwar dak li kien qed jiġi allegat, fosthom li uffiċjali għolja fi ħdan il-ministeru kienu jaf x’qed jiġri.
L-istħarriġ tad-Direttur Ġenerali u d-Direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru għall-Intern irrizulta:
1. Jirriżultaw fatti li jiskoplaw lill-uffiċjali għolja tal-ministeru minn wrong doing f’dan il-każ u li anqas biss kienu jafu b’dawn ix-xogħlijiet;
2. Jirriżulta mill-istħarriġ li x-xogħlijiet tat-twaħħil verament saru minn uffiċjal pubbliku iżda saru wara l-ħinijiet uffiċjali tal-uffiċċju tard wara nofsinhar u f’Sibtr partikolari;
3. Ma tħallas ebda overtime lill-impjegat bħala xi rikumpens tax-xogħol li għamel għand il-Ministru u għaldaqstant il-Ministeru ma ħariġx flus biex jagħmel tajjeb għal xogħlijiet privati;
4. Ma sar l-ebda ħlas ta’ xi materjal minn fondi pubbliċi għal materjal li seta’ intuża fix-xogħol fir-residenza tal-Ministru Abela;
5. Kien impjegat wieħed biss li ħadem dan ix-xogħol – il-persuna l-oħra li allegatament ħadmet fuq dan ix-xogħol ma kinitx uffiċjal pubbliku;
6. Il-manifattura tat-tinda ma saritx fil-ministeru jew f’xi garaxx li jappartjeni lill-gvern iżda f’garaxx privat – l-anqas ma ntuża apart tal-gvern fil-manifattura tat-tinda; i
7. Ma ntuża l-ebda transport tal-gvern biex jiġi trasferit il-materjal għand il-ministru imma karozza privata.
Il-Ministru Abela qal li dawn huma evidenza ċari li huwa ma ddejjaqx jipprovdi waqt li ħaddieħor, li tefa’ t-tajn u allega, ma ġabx prova waħda ta’ dak li allegaw.
Ara l-irċevuti [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2018/06/Doc-3.pdf” title=”Doc 3″][pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2018/06/Doc-3.pdf” title=”Doc 3″]