Notifiki

Il-Gvern jaħfer l-imgħax fuq dħul mhux dikjarat mill-Awstralja

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar fil-parlament li l-gvern mhux se jkun qed jitlob lil ħafna ċittadini Maltin li jirċievu pensjoni mill-Awstralja biex iħallsu l-imgħax dovut fuq dħul li ma ġiex dikjarat. Barra minn hekk, il-piena se titnaqqas għal €10 biss kull persuna.

Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat laburista Glenn Bedingfield, il-Professur Scicluna qal li minħabba il-ftehim dwar taxxa doppja bejn Malta u l-Awstralja, dawn il-pensjonanti kienu misgwidati li l-gvern Awstraljan kien qed joħdilhom it-taxxa u allura ma kellhomx għalfejn jiddikjarawha f’Malta.

Issa li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni irċieva l-informazzjoni mill-Awstralja, il-Kummissarju kitbilhom li jridu jħallsu t-taxxa, l-imgħax u penali għax ma ddikjarawhomx.

Il-Ministru Scicluna qal li minħabba li l-persuni milquta huma anzjani, il-gvern qies il-każ b’sensittività u issa dawn il-pensjonanti se jirċievu ittra li tgħidilhom li jridu jħallsu t-taxxa dovuta u penali ta’ 10 ewro mingħajr ma jħallsu l-imgħax.

Huwa qal li min isib diffikultà biex iħallas dal-flejjes fi żmien sitt xhur, jista’ jagħmel kuntatt mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni u kull każ jiġi mistħarreġ skont means test.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend