Notifiki

ARA: Ftaħna l-kaxex u ma stajna nsibu xejn – l-Awditur Ġenerali dwar il-bini ta’ Mater Dei

Quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici l-Awditur Ġenerali kkonferma bil-ġurament in-nuqqas kbir ta’ evidenza meta ġie biex jinvestiga dwar it-trasparenza, il-governanza u l-amministrazzjoni ta’ fondi pubbliċi waqt il-proġett tal-bini tal-Isptar Mater Dei fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti.

It-Tlieta filgħaxija meta kien qed jiltaqa’ l-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi, l-Awditur Ġenerali kien mitlub jixhed dwar l-investigazzjoni li pprova jwettaq fil-bini tal-Isptar Mater Dei.

Fir-rapport intqal iswed fuq l-abjad li minħabba nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni, l-investigazzjoni komprensiva dwar il-governanza, trasparenza u l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi fil-proġett tal-bini ta’ Mater Dei taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ma setgħetx tkun possibli.

Quddiem il-Kumitat Parlamentari, l-Awditur Ġenerali tkellem ċar u tond.

Kaxex, ftaħna l-kaxex u ma stajna nsibu xejn. Il-fatt li ma nstabet l-ebda evidenza, issa onestament ma nafx fejn spiċċat din l-evidenza, jiena nixtieq ma nemminx, nixtieq ma nemminx li qatt ma nżammet din it-tip ta’ evidenza. Nixtieq ma nemminx. Morna għand sitt entitajiet u qegħdin imniżżlin fl-executive summaries, is-Saħħa, il-Finanzi, l-FMS, morna kull fejn ħsiebna li stajna sibna u ma sibniex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend