Tfajla ta’ 18-il sena nstabet ħatja li ppjanat attakk terroristiku fil-Mużew Brittaniku f’Londra.
Safaa Boular ta’ 18-il sena minn Vauxhall f’Londra qed titqies bħala l-iżgħar persuna femminili li nstabet ħatja bħala terrorista tal-Istat Islamiku.
Fil-Qorti nstema’ kif hi nstabet ħatja ta’ żewġ offiżi relatati ma’ preparazzjoni ta’ att terroristiku. Hi nstabet ħatja ukoll li ppruvat tivvjaġġa lejn is-Sirja bi ħsieb terroristiku.
Oħtha Rizlaine ta’ 22 sena ammettiet li kienet qed tippjana attakk bis-skieken f’Londra u ommom Mina Dich ta’ 44 sena ammettiet li għenitha.
Boular se tkun qed tingħata s-sentenza madwar sitt ġimgħat oħra.