Wara l-miżuri drastiċi li kien ħa biex jiġġieled il-problema tad-drogi f’pajjiżu, jidher li l-President tal-Filippini Rodrigo Duterte għandu f’moħħu li jkompli jiġbed kritika lejh.
Dan hekk kif, waqt avveniment live, huwa bies fuq xuftejha mara Filippina li taħdem barra mill-pajjiż.
Duterte kien qed jitkellem quddiem folla nies fil-Korea t’ Isfel, meta sejjaħ lil mara fuq il-palk u kkonvinċiha tbusu.
Mossa li kienet deskritta minn grupp tad-drittijiet Gabriela bħala teatrini disgustanti minn president li hu kontra n-nisa.
Iktar tard, il-mara involuta qalet li ma kien hemm l-ebda intenzjoni ħażina fil-bewsa.