Gabriel Abela huwa tifel ta’ sitt snin. Sfortunatament, l-ħajja għal Gabriel ma kinitx ward u żahar.
Ftit qabel twieled, Gabriel waqfitlu qalbu għal ftit ħin, u b’konsegwenza li ta’ erba xhur irrealizzaw li jbati minn Cerebral Palsy.
Celebral Palsy hija kundizzjoni li taffettwa l-muskolu u l-moviment li jagħmel. Huwa ma setax jimxi sew, lanqas jitkellem u lanqas jiekol sew, bil-biża’ tkun li t-tifel jista’ jifga fl-ikel.
Gabriel ilu jingħata trattament fosthom tal-fisjoterapija. Trattament li beda jkun suċċess. Dan hekk kif fl-Għid il-Kbir tas-sena li għaddiet, Gabriel mexa għall-ewwel darba.
Mument deskritt ta’ ċelebrazzjoni tal-ħajja mill-ġenituri ta’ Gabriel – Marcelle u Mario Abela.
Illum Gabriel beda jgħix ħajja indipendenti.
Il-ġenituri ta’ Gabriel spjegaw kif qegħdin jagħmlu dak kollu possibli sabiex binhom ikompli jtejjeb il-ħajja tiegħu.
Bl-appell ta’ Marcelle u Mario jkun sabiex min jgħaddi xi esperjenza simili ma jaqta qalbu qatt.