Notifiki

Illejla ONE b’xandira diretta tal-inawgurazzjoni tal-monument tal-Perit Mintoff

Illejla fi Pjazza Kastilja se ssir l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Perit Dom Mintoff, xogħol tal-artist Noel Galea Bason.

Fit-8pm se tkun qed tibda ċ-ċerimonja li l-qofol jintlaħaq bil-kxif tal-monument tal-eks Prim Ministru ta’ Malta. Pjazza Kastilja se tkun riservata għan-nies mistiedna għal din iċ-ċerimonja waqt li l-pubbliku se jkun jista jsegwi dan l-avveniment storiku fuq ONE b’xandira diretta li tibdà fit-8pm ‘il quddiem.

Eżatt wara ċ-ċerimonja, il-ġurnalist Edward Montebello se jkun qed jippreżenta programm speċjali dwar ħajjet il-Perit Dom Mintoff. Fil-programm hemm diversi servizzi u intervisti mħejjija u flimkien mal-mistiedna fil-programm se tkun qed issir analiżi storika dwar il-ħajja pubblika ta’ dan il-ġgant fil-politika Maltija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *