Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Deli naqas milli jagħti garanzija li gvern immexxi minnu ma jgħollix it-taxxi.
Mistoqsi waqt il-programm Dissett jekk ixoljix il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, Delia naqas jgħid x’se jkun qed ibiddel fih. Fl-istess waqt naqas milli jagħti garanzija li ma jgħollix it-taxxi.
Mistoqsi dwar l-emendi fil-liġi tal-vjolenza domestika li daħlet fis-seħħ aktar protezzjoni lin-nisa li jisfgħu vittmi ta’ swat jew stupru, il-Kap Nazzjonalista baqa’ jiġġustifka vot kontra l-emendi fil-liġi.
Mistoqsi dwar il-fatt li għaxar membri tal-Oppożizzjoni ma vvotawx miegħu imma mal-Gvern, il-Kap Nazzjonalista ammetta li l-liġi m’għandha x’taqsam xejn mal-abort kif ipprovat tagħti l-impressjoni l-istess Oppożizzjoni tul id-dibattitu parlamentari.
Tul il-programm, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistoqsi wkoll dwar il-proġetti infrastrutturali li beda l-Gvern fl-aħħar xhur fosthom il-proġett li se jtaffi l-problema tat-traffiku fil-Mosta u li dwaru ħareġ kontra l-Vici Kap David Agius.
Dr Delia kkritika wkoll l-investiment ta’ aktar minn mitt miljun ewro f’housing socjali li beda l-Gvern għall-bini ta’ aktar minn elf appartament. Qal li l-Gvern mhux djar se jibni iżda garaxxijiet.
Mistoqsi jgħid jekk hux se jreġġa’ l-emendi fil-liġi tal-IVF il-Kap Nazzjonalsita baqa’ ma għamel l-ebda dikjarazzjoni ċara għajr li akkuża lil nisa li jridu jinqbadu tqal biex ikunu jistgħu jieħdu l-benefiċċji.
Dwar ir-rapport tal-awditur fuq l-isptar mater dei qal li mhu se jieħu passi u pprova jwaħħal fil-Gvern dwar in-nuqqas kbir ta’ dokumenti li nstabu.
Huwa qal li jaqbel b’mod assolut li l-Paritit Nazzjonalista appellat mid-deċiżjoni studjata tal-Imallef Mckeon dwar l-investigazzjoni li l-Kummissjoni Elettorali kienet se tniedi dwar id-donazzjonijiet li rċieva l-Partit Nazzjonalista bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.