Notifiki

ARA: X’jaħsbu n-nies dwar il-qtugħ taz-zokkor u l-pastizzi mill-isptar Mater Dei?

Reazzjonijiet imħallta dwar l-aħbar li mhux se jinbigħ aktar ikel mhux nutrittiv u xorb biz-zokkor fl-Isptar Mater Dei.

L-għada li sar magħruf li fl-Isptar mhux se jibqgħu jinbiegħu prodotti biz-zokkor li mhux tajbin għas-saħħa, ONE News staqsa lil xi nies biswit il-binja ta’ Mater Dei jekk jaqblux ma’ din id-deċiżjoni.

Il-maġġoranza tagħhom – speċjalment dawk bid-dijabete li jafu r-riperkussjonijiet ta’ ħajja msejsa fuq ikel mhux tajjeb għas-saħħa, irrikonoxxew l-iskop wara din id-deċiżjoni – li ttieħdet bħala messaġġ ċar favur stil ta’ ħajja iżjed b’saħħitha.

Kien hemm ukoll min ma kienx tal-istess fehma.

Ingliż li jgħix Malta rrikonoxxa li l-obeżità hija problema madwar id-dinja, u ma’ ONE News qal li bil-għan li tkun indirizzata din il-problema, f’pajjiżu ddaħħlet it-taxxa fuq iz-zokkor. Però stqarr li jinsab xettiku dwar kif il-Maltin jirreaġixxu għal din l-aħbar.

From my point of view it’s a good idea but I can’t see the Maltese liking the idea.

Dan il-pass ittieħed bħala parti minn strateġija tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u Prevenzjoni tal-Mard dwar il-piż tajjeb għas-saħħa tul il-ħajja; sabiex b’mod ħolistiku jindirizza l-piż żejjed u l-mard kroniku.

Bil-canteen tal-Isptar Mater Dei fl-isfond, id-Direttur tad-Dipartiment, Paula Vassallo, innotat li l-pazjenti diġà jingħataw ikel tajjeb għas-saħħa; għaldaqstant dawn il-bidliet se jaffetwaw l-aktar l-ikel li jinbiegħ fil-canteens u fil-vending machines.

Hawnekk l-Isptar l-istituzzjoni tas-saħħa allura importanti li anki dak il-messaġġ li aħna nagħtu meta nitkelmu hemm barra qed inwettquh.

Biex dan huwa sinjal ieħor konkret li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u Prevenzjoni tal-Mard qed imexxi bl-eżempju.

Dawn l-eżempji huma mod ċar kif aħna ħa nimplimentaw u kif nistgħu ngħixu stil ta’ ħajja ħafna aħjar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend