Messina Ferrante jgħid li l-Viċi Kap tal-PN qed  jinsulenta r-residenti dwar il-proġett f’Ħ’Attard – One News

Notifiki

Messina Ferrante jgħid li l-Viċi Kap tal-PN qed  jinsulenta r-residenti dwar il-proġett f’Ħ’Attard

Herbert Messina Ferrante; attivist u eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista faħħar il-proġett li tħabbar din il-ġimgħa mill-Ministru Ian Borg b’investiment ta’ €55 miljun biex titjieb is-sistema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta.

F’ittra ppubblikata f’Times of Malta, Messina Ferrante qal li dan il-proġett se jkun ta’ nifs ġdid u li permezz tiegħu se jissolvew bosta probem fosthom ta’ tniġġis tal-arja li ilhom jaffaċċjaw ir-residenti ta’ Ħ’ Attard għal bosta snin.

Kompla jenfasizza l-importanza ta’ dan il-proġett meta qal li mhux talli kif qal il-Ministru Borg, dan il-proġett se jgħin mat-30,000 vjaġġatur ta’ kuljum iżda ħafna iżjed inkluż familji minn Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara. Semma li amministrazzjonijiet preċedenti kienu jafu b’din il-problema għal iżjed minn 12-il sena.

Herbert Messina Ferrante kkundanna l-fatt li l-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qed jinsulta lir-residenti billi b’mod qawwi qed jopponi dan il-proġett nazzjonali. Saħaq li ma jistax jifhem kif hu li kien ukoll kunsillier f’Ħ’Attard qisu qed jinsa l-problemi li ilhom tant jilmentaw dwarhom ir-residenti.

Dr Messina jgħid li din it-tip ta’ politika hija waħda fqira u jispera li jbiddel fehmtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend