Inqabdu jisirqu lin-nies inkluż uffiċjal tal-pulizija f’Marsaxlokk – One News

Notifiki

Inqabdu jisirqu lin-nies inkluż uffiċjal tal-pulizija f’Marsaxlokk

Grupp ta’ Rumeni li jisirqu minn ġol-bwiet intbagħtu l-ħabs wara li ammettew li serqu mara f’Marsaxlokk dil-ġimgħa stess.

Ir-Rumeni, li huma minn Bucharest u l-eta tagħhom tvarja bejn sitta u tletin u wieħed u ħamsin sena, tresqu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella mill-Ispetturi Daryl Borg u Jeffrey Scicluna.

Ir-Rumeni kienu akkużati li serqu kartiera bil-flus, dokumenti u oġġetti oħra ta’ valur mingħand il-mara, wara li kienet qed tipprov atiġbed il-flus minn ATM.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li wara li ġew identifikati minn filmati tas-CCTV, pulizija pajżana fil-Belt rawhom u segwewhom sa Marsaxlokk, fejn hemmhekk qabduhom qed jippruvaw jisirqu minn fuq in-nies, inkluż uffiċjal pajżan.

Huma ngħataw sentenza ta’ bejn ħames u sitt xhur ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend