Ġuvni jattakka pulizija fl-għassa ta’ Bormla wara li nqabad isuq bla seatbelt – One News

Notifiki

Ġuvni jattakka pulizija fl-għassa ta’ Bormla wara li nqabad isuq bla seatbelt

Pulizija safa attakkat ilbierah filgħaxija fl-għassa ta’ Bormla minn ġuvni li għandu diversi kazijiet li attakka Pulizija drabi oħra.

Ġara li l-ġuvni li ismu għadu ma xxandarx kien qed isuq mingħajr seatbelt b’veloċità fil-Birgu u ġie mwaqqaf minn żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta. Iż-żagħżugħ offendihom u ħarab minn fuq il-post.

L-uffiċjali rapportaw fl-għassa ta’ Bormla u malli bagħtu għalih il-Pulizija ħebb għalihom, besqilhom u beda jheddidhom li joqtolhom kollha.

Huma arrestawh u ftit wara saħansitra niżel missieru l-għassa u kompla jaqla’ pandemonju. Intervjenaw anki membri mis-sezzjoni tal-RIU.

Dan saħqu l-Ispettur Sandro Camilleri f’isem il-POU-GWU fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Il-ġuvni tressaq b’arrest il-Qorti dalgħodu stess u ma ingħatax il-libertà proviżorja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend