Notifiki

Daqshekk zokkor u ikel li jħaxxen f’Mater Dei

Bħala parti minn strateġija li twassal messaġġ b’saħħtu favur stil ta’ ħajjia iżjed b’saħħitha, fl-Isptar Mater Dei mhux se jkun permessibli aktar ikel mhux nutrittiv u xorb biz-zokkor.

Din l-ordni ħarġet fil-jum tal-Ħamis mill-Isptar Mater Dei, fejn mhux se jiqba’ jiġi offrut ikel mhux sustanzjuz għall-pazjenti, ħaddiema u vizitaturi.

Bil-mira tkun li sa l-ewwel ta’ ġunju tas-sena d-dieħla ma jiddaħħlux aktar prodotti biz-zokkor u mhux nutrittivi.

Għaldaqstant, ikel bħal pastizzi, qassatat, ikel proċessat, doughnuts, ħelu u ċikkulati mhux se jibqgħu permessibbli li jinbiegħu fl-isptar Mater Dei.

Fost l-ikel permessibli hemm:

–      ħobz fosthom ħobz Malti, pizza, għaġin li jridu jkunu wholegrain.

–      Insalati u dips nutrittivi

–      Sopop

–      Tiġieġ, dundjan u ħut mixwi jew il-forn

–      Patata mgħollija jew il-forn

–      Torti b’mili sustanzjuż

–      Ġewż

–      Frott

–      Frott niexef

Filwaqt li x-xorb permessibli hemm: ilma, ilma bil-gass, ħalib jew ħalib xkumat, tè u kafè

Biex isir din il-bidla, fil-jiem li ġejjien se joħorġu t-tenders għal ħwienet fl-isptar Mater Dei fosthom canteens tal-ħaddiema, tal-pubbliku u bosta magni f’diversi swali fl-isptar.

L-Operaturi l-ġodda li se jitfgħu l-offerta tagħhom biex joperaw dawn l-istabbiliment jridu joffru ikel nutrittiv.

Il-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei Ivan Falzon spjega x’wassal biex titieħed din id-deċizzjoni flimkien mad-direttorat tal-promozzjoni tas-saħħa.

Tul din is-sena fl-Isptar Mater Dei se jsiru t-tħejjijiet biex jinqata’ z-zokkor u ikel bħal pastizzi, burgers u pasti.

Madankollu, fil-ġimgħat li ġejjien diġa se jibdew jittieħdu xi miżuri alternattivi fosthom li fis-swali ma jibqax jiġi offrut zokkor lill-pazjenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend