Mekkanik kellu operazzjoni daqsxejn delikata u differenti minn tas-soltu. Dan hekk kif dalgħodu kellu jsalva qattusa li telgħet f’dashboard ta’ karozza tat-tip Golf.
Il-qattusa, li tidher li għadha ferħ, issa qed tfittex familja lesta li tħobbha u ttieha saqaf fuq rasha.
Hi ferm komuni li qtates jitilgħu fil-magna jew fid-dashboards tal-karozza minn taħt. Dan minħabba li huma jkunu qed jippruvaw ifittxu kenn mix-xita jew mill-bard u jitilgħu fil-karozza mingħajr ma jkunu jafu li hu ta’ periklu.
Fortunatament din il-qattusa kellha xortiha tajba iżda dan mhux dejjem ikun il-każ.