Koppja anzjana ħelsuha ħafif wara li ċeda saqaf ta’ binja f’Tal-Pietà waqt li kienu fiha.
Il-każ seħħ fi Triq Clarens fil-Pietà għall-ħabta tal-10:45 meta l-Pulzija daqlitilha informazzjoni li kien ċeda saqaf.
Minnufih marru l-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-anzjani kif ukoll annimali li kienu wkoll maqbuda ġewwa.
L-anzjani kif ukoll l-annimali nħarġu mill-binja fejn fortunatament ħadd ma ndarab.