Adrian Delia gideb lil Robert Arrigo f’wiċċu – One News

Notifiki

Adrian Delia gideb lil Robert Arrigo f’wiċċu

  • Ma ddejjaqx iħarriflu fuq it-taxxa mhux imħallsa

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, gideb lill-Viċi Kap Robert Arrigo meta dan tal-aħħar talbu spjegazzjoni dwar il-kwistjoni tat-taxxa.

Fil-fatt, Robert Arrigo mar ikellem lill-partitarji Nazzjonalisti biex jgħidilhom jaqtgħu l-kwistjoni tat-taxxa ta’ Delia għax Delia kkonvinċieh x’kien ġara.

“Dan ir-raġel irrispondieni għal kull mistoqsija antipatka,” qal Robert Arrigo li belagħha li l-kwistjoni kollha kienet iddur ma’ każ li Delia rebaħ għal klijent imbagħad ried jirbħu għalih.

“Kemm smajt jien, għax ma ħallasx. U wara għax ħallas u minn fejn ħallas?” qal Arrigo lin-Nazzjonalisti miġbura quddiemu filwaqt li prova jserħilhom rashom li ma ħadhomx mill-ġbir ta’ fondi. Imbagħad Robert Arrigo qal li Delia qallu bil-fatti li tat-taxxa tawh raġun.

“Normali,” qal Robert Arrigo li żied “ejja naqtgħuha.”

Fuq il-kwistjoni tat-taxxa ta’ Delia rrapportajna għal ġimgħa wara oħra fejn dejjem konna korretti. U t-tagħrif li għandna u saħansitra ppubblikajna juri li Robert Arrigo bela’ l-lixka li tefagħlu Delia biex jiġġustifika ruħu għall-fatt li għal snin twal ma ħallasx it-taxxa. Huwa minnu li Delia kellu kwistjoni ma’ tat-taxxa imma din kienet biss għal perjodu żgħir.

Filfatt kienet għal inqas ammont minn dak li Delia ħallas flaħħar xhur, ferm wara li kien wiegħed li se jħallas. Il-verità hi li fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 Delia ma kienx ħallas it-taxxa kif ikunu għamlu l-maġġoranza assoluta taċ-ċittadini Maltin li josservaw irrule of law. U dawn ħallashom fit-tieni minn żewġ pagamenti li għamel fl-aħħar ġimgħat biex disa’ xhur wara li laħaq Kap tal-Oppożizzjoni u wara li dabbar kritika kbira internament mar iħallashom.

Iżda, l-aġir ta’ Delia qajjem iktar domandi milli risposti għax fi ftit ġimgħat sab €130,000 cash biex iħallas. Dan wara li kien qal li m’għandux cash u f ’daqqa waħda sab iktar mid-doppju ta’ dik li hi l-paga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Minn meta għamel din id-dikjarazzjoni sa meta ħallas Delia ma għamel ebda tibdil fil-kumpaniji li kien involut fihom li seta’ jispjega s-sejbien ta’ €130,000 f ’salt wieħed u meta sfidat mill-ġurnalisti jippubblika d-dokumenti ma kienx f ’pożizzjoni li jagħmel dan minnufih.

L-ewwel persuna li kitbet u qajmet dubji kbar war l-aġir ta’ Delia u anke l-finanzi tiegħu kienet il-blogger Daphne Caruana Galizia tant li hu spiċċa l-iktar politiku li attakkaha fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend