Tfal jesperjenzaw il-ħajja ta’ pumpier – One News

Notifiki

Tfal jesperjenzaw il-ħajja ta’ pumpier

Waħda mill-ħolmiet l-aktar komuni fost it-tfal hija dik li meta jikbru jsiru pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili. Ħolma li probabbilment toriġina minn programm televiżiv tant għall-qalb l-istess tfal.

Matul il-jum tas-Sibt it-tfal u familji Maltin kellhom l-opportunità li jesperjenzaw ftit mill-ħajja tal-istess pumpiera idoli tagħhom hekk kif l-istazzjon tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far fetaħ il-bibien tiegħu f’open weekend b’differenza.

Din l-attività saret b’rabta mal-attivatijiet tal-ġimgħa ddedikata lis-servizz pubbliku mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. (CHRIST042)

Matul il-jum kull min żar din l-attività seta’ jara u jingħata informazzjoni dwar il-vetturi speċjalizzati kollha tal-Protezzjoni Ċivili fosthom hook loader ġdid li se jintuża mis-sezzjoni tas-salvataġġ fuq l-art. (CHRIST 038)

Emanuel Psaila, Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, spjegalna dwar l-importanza ta’ attivitajiet ta’ din ix-xorta biex il-pubbliku jifhem aktar l-irwol tal-istess dipartiment.

Il-protezzjoni ċivili għall-pubbliku huwa dak id-dipartiment illi meta jinqalalek xi ħaġa iċċempel lill-112 u niġu biex insalvaw u nipproteġu. Imma aħna l-aktar illi nisħqu huwa fuq il-prevenzjoni, kif wieħed jeduka ruħu ħalli aċċident jevitaħ.

Matul il-ġurnata sara wkoll numru ta’simulazzjonijiet fosthom ta’ salvataġġ bil-ħbula fejn numru ta’ uffiċjali tas-salvataġġ dehru jiddendlu ma’ struttura tal-ħadid sabiex iniżżlu persuna li sofriet xi ġrieħi.

L-attivitajiet mistennija jkomplu sal-ħdax tas-Sibt filgħaxija u jerġgħu jibdew il-Ħadd filgħodu fejn mistennija jkomplu s-simulazzjonijiet fosthom dawk tat-tifi tan-nar tal-istruttura kbira tal-ħadid.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend