Liema kienu tal-ewwel f’Malta wara l-Imdina – One News

Notifiki

Liema kienu tal-ewwel f’Malta wara l-Imdina

Fil-kampanja u l-irħula Maltin kien hawn diversi knejjes u kappelli żgħar li għadna ngawdu l-preżena tagħhom sal-lum. Iżda l-Katidral tal-Imdina kien l-ewwel parroċċa f’Malta li kien joħroġ x’għandu jsir f’kull parti tal-Gżejjer Maltin.

Wara kien hemm it-tieni parroċċa, dik tal-Belt Vittoriosa jew kif nafuh aħjar il-Birgu li kien stabbilit fis-seklu 12.

Fl-1436 l-Isqof ta’ Malta li kien Senatore de Mello de Noto, sab li f’ Malta kien hawn diġa’ 10 parroċċi differenti. Kull parroċċa kellha tieħu ħsieb il-knejjes u n-nies ta’ dik iż-żona partikulari.

L-ewwel għaxar parroċċi barra dawk tal-Imdina u l-Birgu, twaqqfu f’dawn l-irħula: In-Naxxar (it-3 parroċċa l-iktar antika f’Malta wara l-Imdina u l-Birgu), Birkirkara, Ħal Qormi, Bir Miftuħ (Il-Gudja tal-lum), Santa Katarina (illum iż-Żejtun), Is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żurrieq, Santa Dminka (illum Ħad-Dingli) u aktar tard il-Mellieħa li mbagħad ma baqgħetx għaliex tgħaqdet ma’ dik tan-Naxxar.

L-Irħula li kienu jieħdu ħsieb dawn il-Parroċċi:

Il-Parroċċa tan-Naxxar: Il-Mosta, Ħal Għargħur, Ħal Sammut, Ħal Kallejla, Ħal Ger, Ħal Muselmet, Ħal Dgħejf, Ħal Sir.

Il-Parroċċa ta’ Birkirkara: Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, Ħal Bordi, Ħal Mann, Ħal Kaprat, Msida, Ħal Tigan, Ħas-Sajjied, Tas-Sliema u San Giljan.

Il-Parroċċa ta’ Ħal Qormi.

Il-Parroċċa ta’ Bir Miftuħ: Gudja, Ħal Saflieni, Ħal Għallun, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, Ħal Farruġ, L-Imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Ħal Resqun, Ħal Qadi.

Il-Parroċċa ta’ Santa Katarina (Iż-Żejtun): Bisqallin, Biżbud, Ħal Ġwann, Ħal Għaxaq, Ħaż-Żabbar, Ħal Tmim Assant, Ħas-Sajd, Bidni, Ħas-Saptan, Ħal Ħellul, Ħal Fuqani, Ħal Bajda, Ħal Ħarrat.

Il-Parroċċa tas-Siġġiewi: Ħal Kbir, Ħax-Xluq, Ħal Qdieri, Ħal Tabuni, Ħal Masur.

Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ: Ħal Muxi, Ħal Mula, Ħal Dwin.

Il-Parroċċa taż-Żurrieq: Qrendi, Ħal Millieri, Ħal Lew, Bubaqra, Baqqari, Ħlantun, Ħal Niklusi, Ħas-Sejjieħ, Ħal Far, Ħal Qadim, Ħal Arrig, Ħal Ġawhar, Ħal Għabdirżaq.

Il-Parroċċa ta’ Santa Dminka: Ħad-Dingli, Ħal Tartarni, Gomerina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend