Ikomplu jiżdiedu l-vjaġġi tal-Maltin barra l-pajjiż u b’żieda qwwija f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.
Ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, huwa stmat li kważi mija u tmienja u tletin elf persuna residenti f’Malta siefru barra l-pajjiż.
L-istatistika turi li bejn Jannar u Marzu, is-safar tal-Maltin żdiedu b’aktar minn tnejn u għoxrin elf u ħames mija jew 19.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena l-oħra.
L-istatisttika turi wkoll li l-Maltin nefqu aktar minn mija u tliet miljun ewro f’dan is-safar fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Ras għal ras, il-Maltin li siefru nefqu 750 fuq kull vjaġġ.