Mara ta’ 70 sena taqa’ bil-quad bike fil-Qala – One News

Notifiki

Mara ta’ 70 sena taqa’ bil-quad bike fil-Qala

Mara ta’ 70 sena, residenti l-Qala, kienet qed tirriversja quad bike tat-tip Honda  TRX,  meta għal xi raġuni waqgħet madwar sular għal isfel u ġiet f’għalqa.

Dan ġara lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq il-Barbaġann fil-Qala, Għawdex.

Il-mara sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant, ittieħdet  l-Isptar Ġenerali t’Għawdex  permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend