Għandna nħarsu lejn it-tibdil fil-liġi tal-IVF mhux biss bħala sfida ta’ issa iżda wkoll bħala sfida għall-futur għaliex dak li qed niffaċċjaw aħna llum jistgħu jiffaċċjawh ukoll uliedna.
Nisa Laburisti tfakkar kif koppja minn kull sitta bħalissa tiffaċċja l-isfida tal-infertilità. Din l-isfida se tkompli għaddejja u tfal li għad iridu jikbru għad jista’ jkollhom jiffaċċjaw din il-problema wkoll.
Huma bosta dawk li resqu lejna u qalulna li ‘jaspiraw li jsiru nanniet’.
Nisa Laburisti qalet li t-tibdil fil-liġi tal-IVF se jagħti ċans akbar mhux biss għall-ulied iżda għal oħrajn biex ikollhom in-neputijiet.
Biex dan iseħħ pajjiżna jrid jimxi pass iehor il-quddiem biex ibiddel ligi li bħalissa mhux qed tagħti l-aħjar riżultati.
Claudette Abela Baldacchino, President ta’ Nisa Laburisti, qalet li l-infertilità mhix biss sfida tal-lum iżda hija wkoll sfida tal-futur u li s-skiet tal-lum, jista’ jsir karba kbira għada.
“Nafu b’nies li karbu u ma kellomx appoġġ u tfaqqru jippruvaw, uħud b’suċċess u oħrajn le u għalhekk li Nisa Laburisti se tkompli titkellem f’isem il-ħafna li jippreferu jibqgħu siekta,” qalet Abela Baldacchino.