Notifiki

Haber għal sena oħra ma’ Gżira United

Ilbierah filgħaxija Gżira United ikkonfermaw li l-goalkeeper internazzjonali Malti Justin Haber ser jilgħab għal staġun ieħor mal-maroons wara li ffirma kuntratt ta’ sena.

L-esperjenza ta’ Haber hija vitali għat-tim immexxi minn Darren Abdilla b’mod speċjali għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa League li jintlagħbu matul ix-xahar li ġej.

Haber, prodott ta’ Floriana, lagħab ma’ diversi timijiet f’Malta u anke barra l-pajjiż u bla dubju l-esperjenza tiegħu ser tkompli tgħin lil Gżira jilħqu għanijiet ġodda matul l-istaġun li ġej, wara li fl-istaġun li għadu kif intemm spiċċaw fit-tielet post tal-Kampjonat Premier Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend