Filmat esklussiv li wasal għand one.com.mt juri l-mument eżatt li fih Liam Debono ta’ 17-il sena ħalla minxur mal-art għal mewt lill-kuntistabbli Simon Schembri wara li tajjru iżjed il-fuq fl-istess triq.
Fil-filmat li jidher li ġie elevat minn xi garaxxijiet fiż-żona, il-Mercedes li kien qed isuq Debono tidher iddur b’saħħa lejn id-direzzjoni taż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa fejn fil-mument li reġa saq jidher il-Kunstistabbli jaqa mal-art u ħarab minn fuq il-post.
Ftit minuti wara għadd ta’ Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tal-Special Intervention Unit iċċirkondaw il-vettura u arrestaw lix-xufier.
Ara hawn id-dettalji kollha tal-każ.