Raġel u tifel ta’ seba’ snin mietu wara li ajruplan li kien qed iġorr persuni lebsin parachute ġġarraf fl-Irlanda.
Il-Pulizija tal-Irlanda qalu li l-ajruplan, li kellu 16-il persuni fuqu, telaq min Clonbullogue Airfield fil- 14:45.
Huma qabżu mill-ajruplan iżda l-ajruplan iġġarraf ftit wara.
Kien irrapportat li l-pilota kien mir-Renju Unit.
Il-katavri tneħħew minn fuq ix-xena s-Sibt filgħaxija.