Notifiki

Eurovision 2019: Tiskatta t-tellieqa għall-belt ospitanti… Ġerusalemm favorita

Sa minn sigħat wara li Netta rebħet il-Eurovision Song Contest għall-Iżrael, bdiet it-tellieqa bejn il-bliet ewlenin fl-Iżrael biex jospitaw il-Eurovision li ġej.

Minkejja li bosta sostnew li din id-darba l-festival se jsir f’Tel Aviv, jidher li l-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm hija l-favorita li tospita l-akbar spettaklu televiżiv.

Is-sindku ta’ Tel Aviv mal-ewwel xejjen spekulazzjonijiet li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv u saħansitra l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna li se tkun Ġerusalemm li tospita l-Eurovision.

Ftit wara li rebħet, Netta qalet “Narawkom Ġerusalemm is-sena d-dieħla”.

Fil-Ġerusalemm hemm żewġ postijiet li jistgħu jservu bħala swali għall-Eurovision.

Teddy Stadium kapaċi jżomm 30,000 ruħ iżda jeħtieġ li jkollu mqar saqaf temporanju filwaqt li Pais Arena tesa’ ftit aktar minn ħmistax-il elf ruħ.

Din tal-aħħar qed tkun deskritta bħala l-favorita li tospita l-Eurovision 2019 hekk kif għandha struttura ideali u moderna.

Din tinsab ftit ‘il bogħod mill-parti tal-belt antika ta’ Ġerusalemm.

Iżrael rebaħ il-Eurovision tlett darbiet iżda ospitah darbtejn biss qabel, dejjem fil-belt ta’ Ġerusalemm.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend