Waqt seminar organizzat minn Heritage Malta bħala parti minn sensiela ta’ seminars dwar l-arkeoloġija fil-preistorja, perjodu klassiku u dak medjavali, l-pubbliku prezenti seta’ jifhem aħjar dawn il-fdalijiet li nstabu xi jfissru.
Dawn il-frammenti arkeoloġiċi wara ħafna studju u riċerka minn għadd ta’ nies ta’ Heritage Malta fost oħrajn, tul dawn is-seminar qegħdin jitpoġġew f’ kuntest tal-użu tagħhom fl-epoka li kienu parti minna, kif spjega ic-COO ta’ Heritage Malta, Kenneth Gambin, dawn it-tip ta’ frammenti jvarjaw.
Fost dawn il-frammenti, hemm ukoll fl-arkivji. Kif spjegat ma’ ONE NEWS, Dr Joan Abela, storika li taħdem attih fl-Arkivji Notarili ta’ pajjizna, dawn jagħtuna ċertu dettall dwar l-istorja ta’ pajjizna għaliex qed niskopru affarijiet li qabel ma konniex nafu.
Dawn l-iskoperti qed jagħmluna aktar sinjuri f’dak li jirrigwarda li nagħrfu minn fejn ġejna, l-identita’ tagħna u ma min konna ninegozzjaw fl-antik.
Huwa għalhekk li Gambin spjega li ċertu fuħħar li ġie studjat juri il-kuntatt li pajjiżna kellu ma’ pajjiżi oħrajn b’rabta mal-kummerċ.