Notifiki

Cohen jirbaħ il-plejer tas-sena tal-MFA għar-raba’ darba fil-karriera

Andrew Cohen huwa l-MFA Plejer of the Year għall-istagun 2017 / 2018 hekk kif ilbieraħ fl-edizzjoni tal-MFA Awards ingħata dan l-unur għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu.

Cohen ta’ Gżira United kien strumentali sabiex għen lill-maroons jaslu fit-tielet post tal-klassifika u għalhekk jilgħabu fil-UEFA Ewropa League fis-sajf li ġej. Għada l-eks plejer ta’ Hibernians jagħlaq 37 sena.

Intant il-kowċ ta’ Gżira Darren Abdilla rebaħ l-unur tal-kowċ tas-sena filwaqt li Amadou Samb apparti li spiċċa top scorer tal-Kampjonat Premier rebaħ ukoll l-unur tal-aħjar plejer barrani.

L-unur tal-Young Player of the Year gie mirbuh minn Jake Grech ta’ Birkirkara filwaqt li Matteo Picciolo rebaħ l-unur tal-isbaħ goal tas-sena.  Valletta rebħu l-unur tal-Best Fans Award.

Il-Fair Play Award mar għand Pieta Hotspurs.

Matul is-serata ġew ippremjati wkoll l-aħjar plejers f’diviżjonijiet oħra:-

First Division Best Player: Dylan Agius (Pietà Hotspurs)
Second Division Best Player: Sebastian Perdomo (Sta Lucia)
Third Division Best Player: Edward Wileman (Sta Venera Lightnings)
Women’s League Best Player: Dorianne Theuma (Hibernians)
Best Youth League Player: Jan Busuttil (Pietà Hotspurs)
GFA Player of the Year: Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)
Futsal Player of the Year: Jovica Milijic (Valletta Futsal Club)

Għall-ewwel darba l-President’s Award mar għand żewġ persuni; id-deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA Louis Micallef u l-plejer ta’ Munxar Brian Meilak.

Ritratt: Joe Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend