Wieħed minn kull ħames Maltin jgħixu bid-dell tar-riskju ta’ attakk tal-qalb biċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija Robert Xuereb jsostni tul is-snin innota li n-numru ta’ pazjenti li jbatu b’din il-kundizzjoni Żdiedu drastikament.
Fil-jum dinji li jfakkar din il-kundizzjoni, Dr Xuereb qal li aktar ma jgħadd żmien, aktar il-bniedem qiegħed jadatta għal stil ta’ ħajja iżjed stressanti kkaraterizzata minn nuqqas ta’ eżerċizju u ikel ħażin.
“Il-qalb, li hija pompa li tippompja d-demm madwar il-ġisem, il- moħħ, il-kliewi u s-saqajn tibda tgħejja u din hija problema importanti ħafna f’pajjiżna tant li aħna ngħidu li wieħed minn kull ħamsa minnha jbati b’heart failure.”
Dr Alice May Moore, speċjalista tal-qalb fl-ISptar Mater Dei stqarret li dawn il-problemi huma kkawżati minn stil ta’ ħajja ħażina u li jwasslu għal djuq fl-arterji tal-qalb.
“Iġifieri billi ngħixu ħajja healthy Iġifieri nieklu tajjeb, ngħamlu l-eżerċizzju, ma npejpux, ma nixorbux wisq alkohol nistgħu nevitaw li jkollna djuq fl-artertji u li nivżviluppaw heart failure. Hemm każijiet fejn din tkun ġenetika u ma nkunux nistgħu nevitawa, dak il-każ hemm it-treatments u l-mediċini apposta.”
Dr Xuereb qal li ta’ kuljum qegħdin jaħdmu qatiegħ ma’ dawn il-pazjenti u spjega kif tul dawn l-aħħar snin id-dipartiment issaħħaħ permezz ta’ klinika speċjalizzata dwar il-kundizzjoni ta’ qalb għajjiena.
“Fejn jidħol heart failure qiegħdin dejjem inżidu s-servizzi tagħna, dejjem billi għandna issa nurse led heart failure clinic, heart specialist led heart failure clinic kif ukoll għandna mediċini ġodda li qiegħdin nużaw kontra l-heart failure, għandna pacemakers speċjali u dejjem qed naraw kif intejbu s-servizzi tagħna.”
B’rabta ma’ dan, sabiex iħeġġu iżjed persuni jagħmlu iżjed testijiet mediċi li bihom jevitaw dawn il-kumplikazzjonijet, tul dan il-jum, għadd ta’ studenti mill-assoċjazjoni tal-istudenti mediċi għamlu diversi testijiet tad-demm fis-sala prinċipali tal-Isptar Mater Dei u taw pariri lil pubbliku dwar kif għandhom jitbiegħdu l-mard tal-qalb fosthom billi jnaqqsu l-melħ mill-ike u jevitaw li ikel li fih il-kolesterol li jżid ix-xaħam fid-demm.