Sir Alex Ferguson joħroġ mit-taqsima tal-kura intensiva – One News

Notifiki

Sir Alex Ferguson joħroġ mit-taqsima tal-kura intensiva

L-eks kowċ ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson ħareġ mill-taqsima tal-kura intensiva wara li s-Sibt li għadda wara kellu emoraġija f’moħħu.

Dan ġie żvelat fuq is-sit soċjali ta’ Facebook tal-klabb Inġliż, li qalet li mhux se jibqa’ fit-taqsima tal-kura intensiva hekk kif qeleb għall-aħjar u issa se jkompli jieħu l-jieħu fl-isptar. Qalu wkoll li l-familja tinsab grata għal messaġġi li rċievet f’dawn il-jiem, iżda appellaw għal privatezza.

Ferguson qed jieħu l-kura fl-isptar ta’ Salford Royal fejn sarlu intervent mediku li saru b’suċċess.

L-eks kowċ Skoċċiż mexxa lit-tim ta’ Manchester United bejn l-1986 u l-2013, fejn rebaħ 13-il kampjonat Inġliż fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend