Sir Alex Ferguson jaqleb għall-aħjar – One News

Notifiki

Sir Alex Ferguson jaqleb għall-aħjar

Rapporti qedgħin jgħidu li l-eks maniġer leġġendarju ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson qam mill-koma artifiċċjali li tpoġġa fiha wara li sar intervent mediku t’emerġenza.

Dan hekk kif is-Sibt li għadda Ferguson, ta’ 76 sena, sofra minn emoraġija f’moħħu. L-istess rapporti qed isostnu li Ferguson diġa qiegħed jitkellem mat-tobba rigward il-kundizzjoni tiegħu u fuq ir-riżultati tal-operazzjoni u tat-trattament li qed jieħu.

Dan huwa sinjal inkorraġġanti ħafna hekk kif l-ewwel jiem ta’ rkupru minn kundizzjoni bħal din huma meqjusa bħala kruċjali biex persuna tirkupra kompletament minn emoraġija tal-moħħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend