Notifiki

ARA: Il-Kantant Aidan jagħmel 15-il kanzunetta tal-Eurovision f’kanzunetta waħda

Il-kantant lokali AIDAN, għadu kemm inhiedi kanzunetta bi stil differenti minn dak li forsi normalment nisimgħu. Dan għaliex għażel 15-il kanzunetta mill-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena u għamilhom f’kanzunetta waħda.

‘’Aħna nsejjħula ‘mash-up’. Qbadt bħala bażi ta’ kanzunetta li tinsab fil-Eurovision ta’ din is-sena u fuq dan l-arranġament għamilt il-lirika ta’ 15-il kanzunetta. Ir-riżultat ġie għal qalbi ħafna u wara l-mash-up tas-sena li għaddiet, xtaqt li din is-sena naħdem fuq xi ħaġa simili ukoll’’ – saħaq magħna Aidan.

Fost il-kanzunetti li nkluda Aidan f’din il-‘mash-up’ insibu Taboo ta’ Christabelle li ser tirrappreżenta lil Malta u anke l-kanzunetta ‘Who we are’ li biha Jessika ser tkun qed tieħu sehem f’isem San Marino.

Aidan huwa ammiratur kbira tal-Eurovision Song Contest u din is-sena ttanta xortih għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest fejn ikklassifika fir-4 post bil-kanzunetta ‘Dai Laga’.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend