ARA: Puli jaqbel ma’ Adrian Delia – One News

Notifiki

ARA: Puli jaqbel ma’ Adrian Delia

Is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli iddefenda d-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Fuq iswed fuq l-abjad Adrian Delia hedded lil dawk id-deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil biex jagħmlu d-deċiżjonijiet.

Dikjarazzjoni li għamilha ftit jiem wara li għaxar deputati tal-Oppożizzjoni fosthom Simon Busuttil marru kontra d-deċiżjoni tiegħu u vvotaw mal-Gvern dwar emendi fil-liġi tal-vjolenza.

MINN HAWN ’IL QUDDIEM MIN QIEGĦED FIL-PARTIT IRID JAGĦMEL ID-DEĊIŻJONIJIET 

Mistoqsi dwar dan id-deputat nazzjonalista Clyde Puli qal li Adrian Delia kellu messaġġ ċar.

Il-messaġġ ta’ Adrian Delia kien ċar.

Aktar minhekk, Puli qal li meta jittieħdu d-deċizzjonijiet ikun ittieħdu.

Dan il-partit huwa partit b’diversita imma meta jieħdu d-deċizzjonijiet jittieħdu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend