Din se tkun l-akbar Valletta Green Festival li qatt saret. Il-pubbliku huwa mistieden iżur Pjazza San Ġorġ mil-lum sa nhar il-Ħadd li ġej biex jara ġmiel ta’ disinni kkuluriti bi fjuri mill-isbaħ.
Din hija l-ħames edizzjoni tal-Valletta green festival. Pjazza San Gorg dalghodu qamet imzejjna kollha fjuri, bl-infjorata sinonima mal-Valletta Green Festival. Fl-okkazzjoni tal-Valletta Elfejn u Tmintax, din hija l-ikbar edizzjoni, b’180,000 xitla. Din is-sena hemm ukoll rooftop garden fuq il-bejt tal-main guard. B’kollox kienu involuti mal-erbghin haddiem tal-ELC, li minkejja l-elementi tat-temp l-infjorata se tiqba fi pjazza San Gorg sas-sitta ta’ Mejju.
Dan kollu qed isir fis-sena taċ-ċelebrazzjoni tal-Belt Kapitali Ewropeja taħt id-direzzjoni tac-chairman Jason Micallef.