Passiġġier abbord titjira tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta pprova jiftaħ il-bieba tal-emerġenza tal-ajruplan.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-każ seħħ fuq titjira li telqet minn Malta lejn Amsterdam. Qalet li l-passiġier twaqqaf mill-membri tal-ekwipaġġ waqt li l-kaptan talab għall-assistenza tal-pulizija hekk kif l-ajruplan wasal fl-ajruport ta’ Schipol.
Qalet li l-ajruplan niżel b’mod sigur waqt li l-passiġġier qed jinżamm mill-pulizija Olandiża.
L-Air Malta skużat ruħha mal-passiġġieri abbord minħabba ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom.