Delia iċedi għall-pressjoni biex jattendi għall-protesta ta’ Occupy Justice – One News

Notifiki

Delia iċedi għall-pressjoni biex jattendi għall-protesta ta’ Occupy Justice

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ikkonferma dak li żvelat l-gazzetta Kullħadd, li se jkun qiegħed jattendu għal protesta tal-Occupy Justice li ser isir illum wara nofsinhar.

Adrian Delia ċeda għal pressjoni li saritlu fid-Dar Ċentrali. Dan għaliex kif żvelat l-gazzetta Kullħadd, f’Tal-Pietà qalulu li la l-protesta tal-lum tpenġiet bħala waħda kontra esponenti tal-Gvern, ikun qed jonqos jekk ma jattendix.

Fakkruh ukoll li se jitkellmu David Casa u Godfrey Farrugia.

Intant, biex Delia jkun jista’ jattendi kien organizzat grupp ta’ uffiċjali tas-sigurtà pajżana għal dak kollu li jista’ jinqala’.

Din ma kinitx deċizzjoni faċli hekk kif Adrian Delia huwa l-iktar politiku li għajjar lil Daphne Caruana Galizia.

Caruana Galizia li kitbet dwaru u allegat li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey.

B’Adrian Delia kien għajjar lil Caruana Galizia Biċċa Blogger.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend