Tlettax-il student tilfu ħajjithom wara li l-karozza tal-linja li kienu fuqha kellha impatt ma’ ferrovija fl-Indja fl-istat ta’ Uttar Pradesh.
Il-karozza tal-linja kienet qed tivvjaġġa fuq passaġġ li minnha jgħaddu l-ferroviji, u li ma kellha ebda ħaddiema li jgħinu f’dan is-servizz meta seħħ l-inċident.
L-inċident isegwi ieħor li ħalla 24 tifel u tifla mejta wara li l-karozza tal-linja baqgħet nieżla minn passaġġ dejjaq fl-istat ta’ Himachal Pradesh.