Il-kumpanija England Insurance kkommemoraw il-25 anniversarju tagħhom bħala aġenti ta’ MAPFRE Middlesea mill-1993 ‘l hawn. Wara li twaqqfu 37 sena ilu, d-diretturi tal-kumpanija esprimew sodisfazzjon għal dan il-jum li fi kliemhom jiċċertifika s-servizz tajjeb li joffru.
Xogħolhom huwa li joffru assistenza u sapport kontinwu lill-klijenti f’inċidenti minuri u anke lil dawk li jaffaċċjaw sfidi kbar.
Fi żjara li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal li din il-kumpanija minkejja li hija żgħira fiċ-ċokon, tifforma parti min-negozji ż-żgħar u tal-familja, li f’pajjiżna huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija.