F’Marzu li għadda n-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 1,954 persuna; tnaqqis ta’ 26.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2017.
Informazzjoni li ħarġet minn Jobsplus għal Marzu 2018 tindika tnaqqis ta’ 621 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 74 persuni fost dawk li jirreġistaw taħt Part 2 meta mqabbel ma’ Marzu 2017.
In-nies qiegħda rreġistrati naqsu f’kull grupp ta’ etajiet differenti.
Il-persuni b’diżabilità jirreġistraw għal xogħol naqsu bi 18 meta mqabbel mas-sena l-oħra fejn kienu jlaħqu 286 persuna.