ARA: Delia jirrifjuta li jmur għand il-maġistrat dwar allegazzjonijiet minn DCG – One News

Notifiki

ARA: Delia jirrifjuta li jmur għand il-maġistrat dwar allegazzjonijiet minn DCG

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia reġa’ sejjaħ il-kwistjoni tat-taxxa pendenti li għandu mad-dipartiment tat-taxxa bħala Game Over.

Dr Delia qal dan ġimgħa wara li ġie żvelat li fadallu ħamsa u sittin elf ewro f’taxxa xi jħallas lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

L-editorjal ta’ Tnejn ta’ The Malta Indepenent iddikjara kif il-Pajjiz jistoqqlu stqarrija ċara mill-Kap tal-Oppożizzjoni, ladarba l-kwistjoni tat-taxxa ma kienet game over xejn kif ipprova jagħti l-impressjoni.

Speċifikament fuq lin-news, radio u tv għidt li gameover fir-relazzjoni tal-issue perse’.

L-Erbgħa filgħodu, bħala parti minn Jum il-Ħaddiem, Adrian Delia mar iżur il-ħaddiema li jaħdmu f’kumpanija tal-gaming.

Ħaddiema li għal kuntrarju ta’ Adrian Delia, iħallsu t-taxxa.

Intant, għal darba oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni irrifjuta li jmur għand maġistrat sabiex jiġu investigati l-allegazzjonijiet li kitbet dwaru l-blogger Daphne Caruana Galizia fosthom li daħħal mal-miljun ewro f’kont f’Jersey, flus li allegat li kienu ġejjin minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Londra.

Diġà weġibt. Le mhux sejjer għand maġistrat.

Caruana Galizia kienet allegat ukoll li hu flimkien ma’ martu jinsabu garanti għal dejn aktar minn sebgħa miljun ewro dwar negozju ta’ proprjetà f’Għawdex

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend