Clayton Fava ta’ wieħed u tletin sena minn Ħaż-Żabbar ġie kkundannat tmintax-il xahar ħabs wara li nstab ħati li f’Settembru tas-sena li għaddiet seraq cable tad-dawl għad-dannu tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar.
Huwa ġie mixli wkoll li sar reċediv b’sentenza tal-qorti.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke qieset il-kondotta kkullurita tal-imputat u l-fatt li ngħata bosta opportunitajiet mill-Qorti biex jirriabilità lilu nnifsu permezz ta’ libertà kkundizzjonata u ordnijiet ta’ probation. Madankollu, il-qorti sostniet li Fava m’għarafx jilqa’ l-għajnuna li ngħatatlu u baqa’ jippersisti b’għemil kriminali.
Fid-dawl ta’ dan il-qorti sabet lill-imputati ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kkundannatu sittax-il xahar ħabs.