Bħalissa qed titlaqqa’ f’Malta l-Konferenza Ewropea tat-tfal missjunarji il-CEME. It-tema għal din is-sena hija: It-tfal jghixu flimkien f’dinja komuni – fuq il-passi ta’ San Pawl.
Il-grupp min 19-il pajjiż Ewropew fosthom Malta u qed jiddiskuti l-grupp tas-Santa Infanzja hekk kif inhuma magħrufa l-gruppi ‘Children Helping Children’, mad-Djaknu Kaare Nielson; id-Direttur Nazzjonali tad-Danimarka.
Il-Professur Adrian Gellel, professur fl-ispirtiwalità tat-tfal u lecturer fl-Università ta’ Malta se jkun qed jitkellem dwar l-ispiritwalità tat-tfal bħala bażi tal-gruppi tas-Santa Infanzja.
Il-grupp se jieħu sehem f’attività bis-sehem tat-tfal fil-Mużew tal-Katidral u wara jkun hemm diskussjoni f’workshops fejn il-parteċipanti se jitqassmu fi gruppi skont il-lingwi u jkun hemm skambju ta’ preżentazzjonijiet, materjal u riżorsi.