BIL-FILMATI: Paniku abbord hekk kif tispara tieqa ta’ ajruplan – One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Paniku abbord hekk kif tispara tieqa ta’ ajruplan

Mument ta’ biża ħakem lill-passiġġieri fuq titjira ta’ Air India minn Delhi għal Amristar fl-Indja stess meta nqalgħet waħda mit-twieqi interni tal-ajruplan innifsu.

Jidher li t-tieqa sparat bil-pressa bil-konsegwenza li laqtet mara abbord u ferieta sew kif ukoll żewġ persuni oħra.

Bla dubju l-passiġġieri xxukjaw ruħhom b’dan l-inċident, anke minħabba l-fatt li setgħet kienet it-tieni tieqa li tagħti għall-arja ta’ barra bil-konsegwenzi setgħu kienu ħafna agħar.

Abbord kien hemm madwar 240 passiġġier. Skond l-awtoritajiet tal-pajjiż u l-amministrazzjoni tal-linja tal-ajru, l-ajruplan iltaqa’ ma’ turbulenzi qawwijin minħabba maltemp li ltaqa’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend