“Il-Pajjiz jistoqlu stqarrija ċara mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.”
Iddikjara dan l-editorjal ta’ The Malta Independent,
li kiteb dwar il-kwistjoni tat-taxxa li għandu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u li fl-aħħar ġimgħat ipprova jagħti l-impressjoni li kien ħallas dak kollu dovut minnu lit-taxpayers Maltin u Għawdex.
L-editoral intitolat : “When game over, is not over at all”, irrapporta dak li zvelat il-gazzetta Kullħadd li Delia ħallas ħamsa u ħamsin elf ewro lid-dipartiment tat-taxxa, wara l-maratona ġbir ta’ fondi li għamel l-partit nazzjonalista f’Marzu.
B’Adrian Delia ħareġ jgħid li l-kwistjoni hija Game Over, izda ġimgħa wara sirna nafu li ma kienet Game Over xejn.
Dan għaliex il-Kulhadd kompliet tizvela li għad baqalu ħamsa u sittin elf ewro f’arretrati xi jħallas mad-Dipartiment tat-taxxi li jmorru lura għas-snin ta’ bejn l-elfejn u tlettax u l-elfejn u sittax.
L-editorjal żied jinnota li d-dikjarazzjoni li għamel dan l-aħħar, jiġifieri li solva dik li sejjaħ bħala disputa mad-Dipartiment tat-taxxa ma tagħmilx sens u tirrifleti b’mod ħazin kemm fuq il-Kap tal-Oppozizzjoni kif ukoll fuq il-partit nazzjonalista.
L-editoral zied li Adrian Delia għandu jagħmel dikjarazzjoni ċara dwar din il-kwistjoni tat-taxxa.
Qal li l-pajjiz, jekk mhux il-partit li qed jaċċetta din is-sitwazzjoni, jistħoqqlu Kap tal-Oppożizzjoni li jagħmel stqarrija serja u ċara dwar il-problemi li għandu mad-dipartitment tat-taxxat.