Ġiet imnedija l-kampanja; Iftaħ qalbek u darek… għażel il-fostering. Kampanja mmirata sabiex tħeġġeġ aktar familji jiffosterjaw tifel jew tifla.
Is-servizz tal-fostering huwa servizz importanti għal tfal li jkollhom bżonn familja alternattiva għax għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jgħixu fil-familja oriġinali tagħhom.
Is-sena li għaddiet kien hemm 39 familja li ffosterjaw tifel jew tifla fejn intqal li bħalissa hemm madwar ħamsin tifel u tifla li qed jistennew biex jiġu fostered.
Il-Ministru għall-familja u solidarjetà soċjali Michael Falzon tenna l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ is-servizz tal-fostering.