Il-parlament ta’ Kuba għażel lil Miguel Diaz-Canel, l-assistant ta’ Raul Castro, bħala l-unika kandidat biex imexxi, u b’hekk jintemm ir-renju twil tal-familja Castro.
Castro sar President wara ħuh Fidel fl-elfejn u sitta. Huwa mistenni jibqa influwenza b’saħħitha fl-istat kommunista anke wara li ma jibqax fil-kariga.
L-Assemblea Nazzjonali ivvutat fuq in-nomina, iżda r-riżultat mhux se jkun imħabbar sal-Ħamis, meta mistenni jgħaddi formalment il-presidenza lil Diaz-Canel.
Castro se jibqa l-kap tal-Partit Kommunista sal-kungress li jmiss fl-elfejn u wieħed u għoxrin.