It-tliet suspettati li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. Dan ifisser li l-Qorti ma laqgħetx it-talba li saritila mid-difiża ftit tal-jiem ilu, bl-akkużati jibqgħu miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit waslet biex tieħu din id-deċiżjoni wara li kkunsidrat il-gravità tal-każ.